Ir-Reġistru tan-Negozju ta’ Malta Jospita l-Konferenza tal-EBRA Malta 2026
- Malta Business Registry
- Jun 3
- 1 min read
Ir-Reġistru tan-Negozju ta’ Malta (l-MBR) ospita f’Malta l-Konferenza tal-Assoċjazzjoni Ewropea tar-Reġistri tan-Negozju (EBRA), li ġabret flimkien professjonisti tar-reġistri tan-negozju, dawk li jfasslu l-politika relatata u esperti tal-industrija minn madwar l-Ewropa. Dan biex jesploraw il-futur tar-reġistri tan-negozju f’dinja dejjem aktar diġitali.
Il-konferenza pprovdiet pjattaforma importanti għall-iskambju tal-għarfien u l-kollaborazzjoni, b’attenzjoni partikolari fuq temi ewlenin fosthom it-trasformazzjoni diġitali, it-trasparenza, il-konformità, l-innovazzjoni u l-irwol tar-reġistri li qed jevolvi fl-isfond tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli. Id-delegati iddiskutew l-isfidi u l-opportunitajiet emerġenti, inkluż l-impatt tal-intelliġenza artifiċjali, inizjattivi kontra l-ħasil tal-flus u l-ħtieġa dejjem tikber għal sistemi ta’ informazzjoni sikuri, affidabbli u aċċessibbli.
Permezz ta’ din il-konferenza prestiġġjuża, ir-Reġistru tan-Negozju ta’ Malta saħħaħ aktar il-pożizzjoni ta’ Malta bħala kontributur attiv u apprezzat fi ħdan il-komunità Ewropea tar-reġistri. Dan l-avveniment enfasizza l-impenn tar-reġistru Malti lejn kooperazzjoni internazzjonali u l-promozzjoni tal-aħjar prattiki, filwaqt li ffaċilita djalogu sinifikanti u opportunitajiet ta’ netwerking fost il-partijiet interessati minn madwar il-kontinent.
Is-suċċess tal-Konferenza tal-EBRA Malta 2026 jirrifletti d-dedikazzjoni kontinwa tar-reġistru Malti lejn trasparenza, l-innovazzjoni u l-kollaborazzjoni. Dan isaħħaħ ukoll il-pożizzjoni ta’ Malta bħala ġurisdizzjoni fdata u li tħares lejn il-futur, kif ukoll li tkun parteċipant ewlieni fit-tfassil tal-futur tal-ambjent tan-negozju Ewropew.



Comments