top of page

Reġistrazzjonijiet annwali

Dħul Annwali u Konfermi Annwali tas-Sidien Benefiċċjarji


Kull sena, il-kumpaniji kollha jridu jħejju formola ta’ konferma tad-Dikjarazzjoni tad-Dħul Annwali u tas-Sidien Benefiċjarji Annwali (jekk applikabbli) fil-format preskritt. Dan għandu jsir, f’kull data tal-anniversarju tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija.


Dawn iridu jiġu ppreżentati lir-Reġistratur tal-Kumpaniji fi żmien 42 jum wara d-data li fiha jkunu saru l-formoli.


Bħalissa dawn jistgħu jiġu ppreżentati online jew f’format stampat fl-uffiċċji tagħna.


Iż-żewġ Formoli jeħtieġ li jiġu ffirmati minn direttur jew mis-segretarju tal-kumpanija.


Ħlas ta' bejn EUR100 u EUR1,400 skont il-kapital awtorizzat għandu jiġi sottomess flimkien mad-Dħul Annwali. Ma hemm ebda pagament mas-sottomissjoni tal-formola ta’ konferma annwali tas-Sidien Benefiċċjarji.


Flimkien mad-Dħul Annwali, trid titħallas tariffa tar-reġistrazzjoni skont il-kapital azzjonarju awtorizzat. Dawn huma t-tariffi rilevanti:


Format tal-Karta

Format Elettroniku

(i) ma jaqbiżx €1,500

€100

€85

(ii) jaqbeż €1,500 iżda ma jaqbiżx €5,000

€140

€120

(iii) jaqbeż €5,000 iżda ma jaqbiżx €10,000

€160

€135

(iv) jaqbeż €10,000 iżda ma jaqbiżx €50,000

€350

€300

(v) jaqbeż €50,000 iżda ma jaqbiżx €100,000

€400

€340

(vi) jaqbeż €100,000 iżda ma jaqbiżx €250,000

€600

€510

(vii) jaqbeż €250,000 iżda ma jaqbiżx €500,000

€800

€680

(viii) jaqbeż €500,000 iżda ma jaqbiżx €1,000,000

€900

€765

(ix) jaqbeż €1,000,000 iżda ma jaqbiżx €2,500,000

€1,200

€1,020

(x) jaqbeż €2,500,000

€1,400

€1,200

 

Dawn it-tariffi huma skont l-AVVIŻ LEGALI 354 tal-2008, kif emendat bl-Avviż Legali 381 tal-2015, il-LEĠISLAZZJONI SOSSIDJARJA 386.03 IR-REGOLAMENTI TAL-ATT TAL-KUMPANIJI (FEES).


F’każ li l-formola ta’ Dħul Annwali u ta’ konferma Annwali tas-Sidien Benefiċċjaeji ma tiġix sottomessa fi 42 jum mid-data aġġornata, il-kumpanija tibda tiġi immultata.




Kontijiet Annwali


Il-kumpaniji huma meħtieġa wkoll li jippreżentaw kopja tal-kontijiet annwali. Dawn ġeneralment iridu jkunu akkumpanjati minn kopja tar-rapport tal-awdituri u r-rapport tad-diretturi sakemm ma tiġix ippreżentata Formola ta’ dikjarazzjoni.


Il-kontijiet annwali jridu jiġu approvati fi żmien 10 xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja u ppreżentati fi żmien 42 jum wara l-perjodu ta’ 10 xhur.


Il-Kontijiet Annwali għandhom jiġu ppreżentati online permezz tal-portal online BAROS. Is-sottomissjonijiet fiżiċi ma għadhomx jiġu aċċettati.


Il-format tal-kontijiet li għandhom jiġu sottomessi jiddependi mill-kobor tal-kumpanija. Kumpaniji żgħar jistgħu jieħdu vantaġġ mill-eżenzjonijiet permessi taħt l-Att dwar il-Kumpaniji.


Kumpanija żgħira, skont l-att tal-kumpaniji, hija kumpanija li ma taqbiżx il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:


· Total tal-bilanċ: EUR 4 000 000;


· Fatturat EUR 8,000,000


· Numru medju ta' impjegati matul il-perjodu ta' meta saru l-kontijiet: 50.




Kumpaniji privati li ma jaqbżux il-limiti ta' tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:


· Total tal-bilanċ: EUR 46,600


· Fatturat: EUR 93,000


· Numru medju ta' impjegati matul il-perjodu tal-kontijiet: 2;


· għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti li jikkonċernaw ir-rapport tal-awditur.



Fil-każ tal-kontijiet, mal-ewwel wieħed mir-rapporti finanzjarji trid tiġi ppreżentata wkoll il-Formola DD2. Formoli oħra li għandhom jiġu ppreżentati huma dawk bħall-Formola DD1 ma' kull sett konsegwenti ta’ kontijiet ippreżentati.


Jekk il-kumpanija tikkwalifika bħala kumpanija żgħira, l-ewwel kontijiet iridu jkunu akkumpanjati mill-Formola DD4 filwaqt li s-sett sussegwenti ta’ kontijiet għall-kumpaniji żgħar irid ikun akkumpanjat minn Formola DD3.

Advisory Committee
Registrar / CEO
Deputy Registrar / COO
Unità tar-Reġistru
Compliance Unit
Unità Legali u Infurzar
Unità tas-Servizz ta' Insolvenza u Riċeviment
Unità tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni
Unità tar-Riżorsi Umani u l-Iżvilupp
Unità tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni
Unità għall-Affarijiet Internazzjonali, ir-Riċerka u l-Komunikazzjoni
Money Laundering Reporting Officer
Kumitat tal-Verifika
Unità tal-Verifika Interna
bottom of page