
Politika dwar il-Privatezza
INTRODUZZJONI
Din il-Politika tal-Privatezza Prinċipali (“Politika tal-Privatezza ”) għandha x’taqsam ma’ portalmbr.mt u/jew kwalunkwe Sit Elettroniku elettroniku/sub-Sit Elettroniku elettroniku u/jew dominji assoċjati (u/jew sub-dominji) ta’ mbr.mt, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “is-Sit Elettroniku’’. Is-servizzi pprovduti mir-Reġistru tan-Negozju ta’ Malta, bħaIa s-sid tas-Sit Elettroniku, (“Aħna”, “Tagħna”, “Magħna”, ‘’Lilna’’ u/jew “MBR”, kwalunkwe applikazzjoni ta’ software relatata (“Apps”), fejn id-data personali tiġi pproċessata mill-MBR (permezz tas-Sit Elettroniku, kwalunkwe wieħed mill-Apps Tagħna jew mod ieħor) relatati Miegħek. Jekk jogħġbok innota li s-Sit Elettroniku Tagħna tista’ tiġi ospitata u operata bl-użu ta’ pjattaforma/sid prinċipali tas-Sit Elettroniku minn terzi persuni (bħalissa Wix.com Ltd. u l-kumpaniji affiljati tagħha (“Wix”)). Barra minn hekk, meta nospitaw avvenimenti jew attivitajiet simili li għalihom huwa meħtieġ pagament online (u biss waqt ir-reġistrazzjoni tal-avveniment tkun miftuħa), Aħna nużaw fornitur ta’ servizzi ta’ terzi persuni ghall- pagament (bħalissa stripe – inkluż stripe Payments Europe, Limited u/jew Stripe, LLC (“stripe”)) biex nipproċessaw pagamenti online. F ’każijiet bħal dawn, ċerta data personali tiġi pproċessata minn Wix u/jew Stripe (kif spjegat aktar f’ din l-Politika tal-Privatezza) sabiex inkunu nistgħu nħaddmu s-Sit Elettroniku, namministraw reġistrazzjonijiet ta’ avvenimenti u nipproċessaw il-pagamenti b ’mod sigur. F’ din il-Politika tal-Privatezza Prinċipali, “Inti”, ‘’Lilek’’, ‘’Miegħek’’, “Tiegħek” u “Utent” jirreferu għal persuna fiżika identifikata jew identifikabbli li tkun l-Utent tas-Sit Elettroniku, u/jew ir-riċevitur (jew ir-riċevitur prospettiv) ta’ kwalunkwe wieħed mis-Servizzi Tagħna u/jew persuna fiżika identifikabbli li l-informazzjoni tagħha (fil-kapaċita personali tagħha u mhux meta taġixxi bħala rappreżentant ta’ entita legali) hija maħżuna fid-database (s) Tagħna u li tista’ tkun disponibbli għall-pubbliku jew le. Id-dettalji kollha Tagħna, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt, jistgħu jinqraw hawn taħt. Jekk jogħġbok irreferi ghat-taqsimiet “X’ INHI DATA PERSONALI” u “X’NGĦIDU DWAR INFORMAZZJONI RELATATA MA’ SOĊJETAJIET KUMMERĊJALI (INKLUŻI KUMPANIJI) U ENTITAJIET LEGALI OĦRA?” hawn taħt.
Tista’ tkun qed taqra din il-Politika tal-Privatezza bħala Utent jew viżitatur tas-Sit Elettroniku jew tista’ tkun gejt igwidat hawn minn wieħed (jew aktar) mill-politiki tal-privatezza konċiżi Tagħna jew l-avvizi l-oħra Tagħna (diġitali jew mod ieħor) misjuba f’waħda mill-formoli Tagħna jew dokumenti oħra simili.
Għalkemm din il-Politika tal-Privatezza tipprovdi informazzjoni dettaljata u strutturata dwar kif u għaliex ġeneralment nipproċessaw Data Personali (permezz tas-Sit Elettroniku, jew wieħed mill-Apps Tagħna, jew mod ieħor) kif ukoll informazzjoni dettaljata dwar id-diversi drittijiet Tiegħek, il-kontenut speċifiku u mfassal apposta ta’ tali politiki konċiżi jew avviżi oħra, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, jipprovduk b’informazzjoni aktar iffukata u dettaljata dwar operazzjonijiet speċifiċi ta’ pproċessar. (Pereżempju, il-bażi legali speċifika għall-ipproċessar ta’ ċerti kategoriji ta’ Data Personali u l-iskop speċifiku biex isir dan skont il-kwistjoni kkonċernata).
Għalkemm fl-MBR, l-għan Tagħna huwa li dejjem inkunu ċari u trasparenti kemm jista’ jkun, napprezzaw li d-dokumenti legali kultant jistgħu jkunu diffiċli biex jinqraw. Madankollu, Aħna nħeġġuk ħafna biex taqra din l-Politika tal-Privatezza (li hija strutturata għall-konvenjenza Tiegħek) b’attenzjoni. Jekk jogħġbok tiddejjaqx tikkuntattjana għal xi kjarifika li jista’ jkollok bżonn. Pereżempju, jekk teħtieġ kjarifika fuq ba żi legali speċifika, li Aħna qed niddependu fuqha biex nipproċessaw id-Data Personali Tiegħek għal operazzjoni speċifika ta’ pproċessar, inkunu nistgħu nipprovdulek kwalunkwe informazzjoni bħal din li jista’ jkollok bżonn.
KONTENUT TA’ DIN IL-POLITIKA TAL-PRVATEZZA PRINĊIPALI
Għal Xiex Nużaw id-Data Personali Tiegħek (Għan tal-Ipproċessar)
Kondiviżjoni ta’ Data Personali ma’ Kategoriji Oħra ta’ Riċevituri
Id-Drittijiet Tiegħek skont il-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tad-Data
IL-LIĠIJIET APPLIKABBLI
L-MBR huwa l-kontrollur ta’ data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data - “GDPR”) u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kapitolu 586 tal-Liġijiet ta’ Malta - “id-DPA”).
L-MBR jiżgura li d-Data Personali tiġi pproċessata skont il-GDPR, id-DPA u kwalunkwe liġi rilevanti oħra tal-Unjoni Ewropea (“UE”) u nazzjonali. L-MBR jiżgura, b ’mod partikolari, in-natura kunfidenzjali u sikura ta’ tali data personali.
Dawn l-imsemmija, kif jistgħu jiġu emendati minn żmien għal żmien, flimkien imsejħa “Liġijiet Dwar Il-Protezzjoni tad-Data”.
