top of page

Bidliet fil-Kumpanija

Tibdil fil-Memorandum u l-Artikoli ta' Assoċjazzjoni

Memorandum ta' Assoċjazzjoni: Dettalji Ewlenin


·         Jindika jekk il-kumpanija hijiex pubblika jew privata.

·         Jelenka l-ismijiet, l-identifikazzjoni, u n-nazzjonalità tal-azzjonisti-fundaturi, flimkien mal-isem tal-kumpanija, l-uffiċċju reġistrat, u l-indirizz tal-posta elettronika.

·         Jispeċifika l-għanijiet tal-kumpanija, il-kapital azzjonarju, u d-drittijiet marbuta mal-klassijiet ta' ishma differenti.

·         Dettalji tad-diretturi u s-segretarju tal-kumpanija, u kwalunkwe tul ta' żmien fiss tal-kumpanija.

·         Għall-kumpaniji pubbliċi, huma meħtieġa dettalji addizzjonali bħall-ispejjeż tal-formazzjoni u l-vantaġġi mogħtija waqt il-formazzjoni.

Jekk l-artikoli tal-kumpanija mhumiex irreġistrati, japplikaw l-artikoli mudell fl-Att dwar il-Kumpaniji. Bidliet fil-memorandum jeħtieġu riżoluzzjoni straordinarja u għandhom jiġu sottomessi lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni.


Bidla fl-Isem tal-Kumpanija


·         Jeħtieġ riżoluzzjoni tal-azzjonisti u Memorandum u Artikoli ta’ Assoċjazzjoni aġġornati.

·         Qabel ma jinbidel l-isem, huwa rakkomandat li tirriserva l-isem il-ġdid sa tliet xhur.

·         Japplika ħlas ta' € 50 għas-sottomissjoni ta' dokumenti ta' tibdil tal-isem.


Bdil fl-Istat tal-Kumpanija


·         Kumpanija privata tista' tinbidel għal kumpanija pubblika jew viċeversa, soġġetta għal riżoluzzjonijiet speċifiċi tal-azzjonisti, dokumenti aġġornati, u ħlasijiet ta' reġistrazzjoni (€ 150).

·         Jekk il-kumpnija privata ser tinbidel għal kumpanija pubblika, huma meħtieġa l-kontijiet finanzjarji u rapport mill-awdituri.

·         F'każ ta' bidla ta’ kumpanija minn pubblika għal privata, membri li ma jaqblux jistgħu jitolbu lura l-ħlas tal-ishma.


Bdil tal-Munita


·         Il-kapital azzjonarju u r-riżervi jistgħu jiġu kkonvertiti f'munita ta' preżentazzjoni differenti, iżda għandha tingħata attenzjoni biex ikun assigurat li l-kapital minimu huwa konformi ma’ dak meħtieġ taħt il-liġi Maltija. L-ewwel kontijiet annwali tal-kumpanija mill-bidla tal-munita, għandhom jagħtu d-dettalji kollha dwar il-metodi tal-bidla kif applikati.


L-Aktar Bidliet Komuni fl-Istruttura tal-Kumpanija

Żieda fil-Kapital Azzjonarju


·         Biex iżżid il-kapital azzjonarju awtorizzat jew maħruġ, issottometti riżoluzzjoni tal-azzjonisti u Memorandum u Artikoli aġġornati.

·         Għal allokazzjonijiet mhux fi flus, huwa meħtieġ rapport ta’ espert li jagħti dettalji dwar dawk l-assi u l-metodi wżati fil-valutazzjoni tagħhom.

·         Id-dokumenti bid-diliġenza dovuta għandhom jiġu sottomessi lir-Reġistratur. In-nuqqas ta’ preżentazzjoni fil-ħin jista’ jwassal għal penali.


Bidliet fid-Diretturi, Segretarju tal-Kumpanija, jew Rappreżentazzjoni


·         Għal bidliet fid-diretturi jew segretarju tal-kumpanija, huwa meħtieġ li timtela l-Formola K.

·         Huwa meħtieġ li kumpanija pubblika jkollha mill-inqas żewġ diretturi, filwaqt li kumpanija privata jkollha mill-inqas wieħed.

·         Is-segretarju tal-kumpanija huwa obbligatorju. Dan jista' jkun individwu jew operatur professjonali li joffri servizzi għall-kumpaniji.


Bidla fl-Uffiċċju Reġistrat ta' Kumpannija


Biex l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat ta' kumpanija jkun aġġornat, għandha tiġi ppreżentata l-Formola Q lir-Reġistratur tal-Kumpaniji. L-uffiċċju reġistrat irid ikun f’Malta u d-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata minn direttur jew mis-segretarju tal-kumpanija. Hija meħtieġa wkoll ittra ta' kunsens mis-sid tal-indirizz reġistrat il-ġdid.

Fin-nuqqas tas-sottomissjoni fil-ħin tad-dikjarazzjoni, jiġu applikati penali fuq l-uffiċjali tal-kumpanija, b'penali addizzjonali għal kull jum.


Trasferiment jew Trażmissjoni ta' Ishma


Meta l-ishma jiġu trasferiti jew trażmessi minħabba mewt (causa mortis), il-kumpanija għandha tissottometti avviż lir-Reġistratur tal-Kumpaniji fi żmien 14-il jum għat-trasferimenti u fi żmien xahar għat-trażmissjonijiet. L-avviż għandu jagħti dettalji dwar l-ismijiet, in-numri ta’ identifikazzjoni u l-indirizzi ta’ dawk li jirċievu t-trasferiment jew tal-persuni intitolati.

Għal kumpaniji pubbliċi b'ishma elenkati fi swieq regolati, l-iskadenza tas-sottomissjoni hija estiża għal 90 jum.

Ir-Reġistratur jeħtieġ evidenza li t-trasferiment ġie nnotifikat lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni (MTCA), u l-Formola T għandha tkun akkumpanjata minn dokumenti ta’ diliġenza dovuta u, jekk applikabbli, il-Formola BO2.

Sottomissjonijiet tard jirriżultaw f’penali għall-uffiċjali tal-kumpanija, b'penali addizzjonali għal kull jum.


Għal aktar informazzjoni għafas fuq din il-ħolqa.

Advisory Committee
Registrar / CEO
Deputy Registrar / COO
Unità tar-Reġistru
Compliance Unit
Unità Legali u Infurzar
Unità tas-Servizz ta' Insolvenza u Riċeviment
Unità tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni
Unità tar-Riżorsi Umani u l-Iżvilupp
Unità tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni
Unità għall-Affarijiet Internazzjonali, ir-Riċerka u l-Komunikazzjoni
Money Laundering Reporting Officer
Kumitat tal-Verifika
Unità tal-Verifika Interna
bottom of page