
Karrieri
Ir-Reġistru tan-Negozju ta’ Malta (MBR) joffri opportunitajiet kbar ta’ karriera f’diversi dixxiplini, inklużi l-kontabbiltà, il-liġi, il-finanzi, il-konformit à, l-awditjar intern, it-taxxa, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-immaniġjar.
Karigi li jvarjaw minn dak klerikali u amministrattivi, jew fil-livell tal-gradwati u professjonali, f’konformità mar-rekwiżiti tal-MBR. F’dan ir-rigward, l-MBR jagħti wkoll valur għoli lill-esperjenza rilevanti.
Pożizzjonijiet vakanti attwali
Apprentistati u Internships
Tista’ tara aktar informazzjoni hawnhekk.
Il-valuri tagħna:
L-impjegati ta’ MBR jeżerċitaw kwalunkwe setgħa mogħtija mil-liġi biex jipprovdu l-aħjar servizz possibbli lill-klijenti tagħha, malajr u b’mod imparzjali. L-impjegati ta’ MBR jipprovdu pariri oġġettivi u professjonali dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza rispettiva tagħhom. Permezz tal-imġiba tagħhom, il-persunal jikkontribwixxi biex il-post tax-xogħol isir wieħed li jirrikonoxxi t-talent, jiżviluppa l-ħiliet u l-kapaċitajiet, jippremja l-prestazzjoni, jiddefendi l-integrità u jrawwem l-ugwaljanza.
Benefiċċji:
Karigi fi ħdan l-MBR huma ta' sfida, stimulanti u jagħtu sodisfazzjon.
L-MBR joffri pakketti ġenerali attraenti kif ġej:
Salarji kompetittivi bbażati fuq sistema ta’ pagi relatata mal-prestazzjoni
Assistenza finanzjarja u fil-ħin biex jiġu segwiti opportunitajiet ta’ żvilupp personali f’livelli speċjalizzati ta’ Diploma, Gradwati u livell Post-Gradwati
Avvanz fil-karriera bbażat fuq il-meritokrazija
Allowances kontinwi għall-Iżvilupp Professjonali u l-Kwalifiki
Benefiċċji oħra
tal-MBR:
Valur għoli għall-impjegati, etika tax-xogħol, motivazzjoni u sodisfazzjon tax-xogħol
Miżuri favur il-familja, inklużi skedi tax-xogħol b’sigħat imnaqqsa, telework, ħin flessibbli, leave speċjali għall-ġenituri u faċilitajiet għall-ħarsien tat-tfal
Taħriġ kontinwu fuq il-post tax-xogħol, attivitajiet ta’ teambuilding u diversi opportunitajiet ta’ seminars u avvenimenti ta’ taħriġ organizzati lokalment
Taħriġ u esponiment barra mill-pajjiż
Miżuri ta' ugwaljanza
Ambjent tax-xogħol eċċellenti fl-uffiċċju
Assigurazzjoni tas-saħħa għall-persunal u d-dipendenti tiegħu
Benefiċċju tal-mewt waqt is-servizz
Rikonoxximent għal servizz fit-tul
Avvenimenti soċjali organizzati perjodikament mill-Kumitat Soċjali.
Ir-Reġistru tan-Negozju ta' Malta kontinwament ifittex li jkabbar it-tim tiegħu biex jikseb livell ġdid ta' eċċellenza.
Il-kandidati għandhom jibagħtu kopja tal-Curriculum Vitae (C.V.) tagħhom u ittra ta’ akkumpanjament li tipprovdi l-motivazzjoni għall-applikazzjoni lil careers.mbr@mbr.mt
