
Formazzjoni u Reġistrazzjoni ta' Fondazzjonijiet u Għaqdiet
It-Taqsima tal-Fondazzjonijiet u l-Għaqdiet fi ħdan l-MBR tirċievi u tipproċessa applikazzjonijiet għar-re ġistrazzjoni ta’ għaqdiet skont it-Tieni Skeda tal-Kodiċi Ċivili. L-Att tat-twaqqif tal-għaqda/l-istatut għandu jintbagħat lir-Reġistratur tal-Persuni Legali għar-reġistrazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti kollha, fosthom kopji tad-dokumenti tal-identità tal-partijiet involuti kollha. Fil-każ ta' għaqda li hija rreġistrata mal-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji, għandha wkoll tiġi ppreżentata evidenza ta' tali reġistrazzjoni.
Mar-reġistrazzjoni, ir-Reġistratur joħroġ Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni, li juri li l-għaqda ġiet irreġistrata uffiċjalment. Dan iċ-Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni jinġabar mill-MBR.
It-tariffi applikabbli għar-reġistrazzjoni ta' għaqdiet huma kkalkulati skont il-valur tal-assi kif indikat fl-iskeda hawn taħt:
Valur tal-Assi | Tariffa ta’ Reġistrazzjoni |
Sa €1,500 | €350 |
Aktar minn €1,500 iżda ma jaqbiżx €3,000 | €350 biż-żieda ta’ €23 għal kull €1,000 jew parti minnu f’eċċess ta’ €1,500 |
Aktar minn €3,000 iżda ma jaqbiżx €10,000 | €420 biż-żieda ta’ €11 għal kull €1,000 jew parti minnu f’eċċess ta’ €3,000 |
Aktar minn €10,000 iżda ma jaqbiżx €20,000 | €652 biż-żieda ta’ €11 għal kull €11,646 jew parti minnu f’eċċess ta’ €10,000 |
Aktar minn €20,000 | €815 biż-żieda ta’ €11 għal kull €11,646 jew parti minnu f’eċċess ta’ €20,000 sa massimu ta’ €1,747 |
Fil-każ ta' għaqda volontarja rreġistrata, it-tariffi msemmija hawn fuq għandhom jitnaqqsu għal 10% tal-ammonti ta' hawn fuq, b'minimu ta' €35.
Tariffa amministrattiva ta' 10% hija imposta fuq applikazzjoni għal reġistrazzjoni li tiġi rtirata qabel ir-reġistrazzjoni. Dan mhux applikabbli f’każ ta’ għaqda volontarja rreġistrata.
