top of page

Tnedija tal-Malta Business Wallet – inizjattiva li se tnaqqas il-burokrazija u żżid l-effiċjenza għan-negozji

Grupp ta’ Ħidma Globali dwar il-Laqgħa ta’ Sidien Benefiċċjarji f’Malta

Ir-Reġistru tan-Negozju ta’ Malta (MBR) se jospita Grupp ta’ Ħidma Globali dwar il-Laqgħa ta’ Sidien Benefiċċjarji (BO) mill-25 ta’ Marzu sas-27 ta’ Marzu 2025. Dan l-avveniment iservi bħala pjattaforma importanti għal djalogu u l-kollaborazzjoni, li jlaqqa’ flimkien il-partijiet ikkonċernati ewlenin biex jiddiskutu l-isfidi u l-avvanzi biex tissaħħaħ it-trasparenza rigward ir-reġistru ta’ sidien benefiċċjarji (BO).


L-aġenda tal-laqgħa tinkludi preżentazzjonijiet u diskussjonijiet interessanti b’kelliema esperti minn Moneyval, il-Kummissjoni Ewropea, u diversi reġistri tan-negozju minn madwar id-dinja. Matul dawn it-tlett ijiem intensivi, il-parteċipanti se jeżaminaw l-isfidi ffaċċjati mir-Reġistri tas-Sidien Benefiċċjarji, se jesploraw strateġiji għat-tisħiħ tat-trasparenza, tal-konformità, u ta’ kollaborazzjonijiet. Se tingħata importanza lejn l-iskambji ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki, li jrawwmu kooperazzjoni aktar mill-qrib fost ir-reġistri.


Dr Geraldine Spiteri Lucas, Kap Eżekuttiv, Reġistratur, u President tal-Grupp ta’ Ħidma tas-Sidien Benefiċċjarji, enfasizzat is-sinifikat li l-Malta Business Registry qed tospita dan l-avveniment f’Malta, u qalet:


“Huwa unur kbir li nilqgħu l-Grupp ta’ Ħidma tal-BO f’Malta, peress li jirrifletti r-rispett li pajjiżna kiseb f’dan il-qasam permezz tal-impenn sod tiegħu li jżomm Reġistru tal-BO komprensiv u aġġornat. Matul dawn it-tlett ijiem, ser nindirizzaw kwistjonijiet kritiċi li jeħtieġu sforz u parteċipazzjoni kollettivi. Din il-laqgħa tippreżenta opportunità siewja biex ikun hemm involviment mal-partijiet ikkonċernati ewlenin, jiġi kondiviż l-għarfien, u jiġu żviluppati strateġiji effettivi għall-ġestjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja.”


Il-Laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma dwar is-Sidien Benefiċċjarji se jkun avveniment fundamentali għall-djalogu dwar is-sidien benefiċċjarji, filwaqt li ssaħħaħ ir-rwol ta’ Malta bħala mexxejja fit-trasparenza u l-konformità.

Comments


bottom of page