Avviż lill-Pubbliku – Sottomissjoni tar-Rendikonti Finanzjarji lir-Reġistratur
Ir-Reġistratur tal-Kumpaniji jixtieq ifakkar lill-pubbliku b’mod partikolari lid-diretturi u lis-segretarji tal-kumpaniji, li l-kumpaniji li s-sena finanzjarja tagħhom għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2025 huma obbligati jippreżentaw il-kontijiet annwali tagħhom permezz tas-sistema online tal-MBR, il-BAROS (Business Automation Registry Online System), sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Diċembru 2026.
In-nuqqas ta’ sottomissjoni tal-kontijiet annwali sal-iskadenza stabbilita jwassal għall-impożizzjoni ta’ penali li japplikaw minn meta l-kumpanija tonqos milli tissodisfa l-obbligu tagħha, u jibqgħu jiżdiedu kuljum.



Comments