top of page

Tnedija tal-Malta Business Wallet – inizjattiva li se tnaqqas il-burokrazija u żżid l-effiċjenza għan-negozji

Il-Koperattivi parti mill-MBR

Il-Bord tal-Koperattivi u r-Reġistratur tal-Kumpaniji jinnotifikaw lill-pubbliku ġenerali li, b'effett mit-13 ta' April 2026, l-Uffiċċju tal-Koperattivi ġie rilokat għar-Reġistru tan-Negozju ta' Malta (MBR).

 

Din it-tranżizzjoni saret biex titjieb l-effiċjenza tal-proċess ta' reġistrazzjoni tal-koperattivi, kif ukoll biex jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti tal-irrappurtar kontinwu.

 

Il-Bord tal-Koperattivi jinforma wkoll lill-pubbliku li r-reġistrazzjonijiet u l-preżentazzjonijiet kollha tan-notifiki issa jistgħu jsiru onlajn permezz tas-sistema BAROS. Jekk tagħżel li tuża din is-sistema, jekk jogħġbok ikkuntattja d-Dipartiment ta' Appoġġ tal-ICT tal-MBR fuq ictsupport.mbr@mbr.mt.

 

Għal kwalunkwe mistoqsija jew assistenza, tista’ tagħmel kuntatt ma’:

  • Il-Bord tal-Koperattivi;

  • Għall-MBR: Ms. Natalie Farrugia u s-Sur Damian Borg George.

L-indirizz elettroniku l-ġdid huwa koperattivi@mbr.mt.

 

L-indirizz irreġistrat tal-Bord tal-Koperattivi nbidel ukoll għal:

Reġistru tan-Negozju ta' Malta

AM Business Centre

Triq il-Labour

Żejtun. ZTN 2401

 

Il-ħinijiet tal-ftuħ għall-pubbliku huma:

Mit-Tnejn sal-Ħamis: 09:00 - 12:00 ; 13:00 - 14:30

Il-Ġimgħa: Magħluqin

 

Il-Bord japprezza l-koperazzjoni tiegħek f'din it-tranżizzjoni.

 

Il-President tal-Bord tal-Koperattivi u r-Reġistratur tal-Kumpaniji

Comments


bottom of page