Malta se tospita l-Konferenza Ġenerali Annwali tal-2026 tal-Assoċjazzjoni Ewropea tan-Negozji tar-Reġistru
- Malta Business Registry
- Jun 12, 2025
- 1 min read
Malta, permezz tar-Reġistru tan-Negozju ta’ Malta, se tospita l-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni tan-Negozju tar-Reġistru Ewropew.
Dan tħabbar matul l-laqgħa ġeneral annwali tal-EBRA (l-Assoċjazzjoni Ewropea għar-Reġistri tan-Negozju) li ġiet organizzata f’Milan l-Italja, l-ospitant ta’ din is-sena.
L-EBRA hija assoċjazzjoni ta’ tar-Reġistru tan-Negozju Ewropea li jikkollaboraw biex itejbu l-operat u l-ġestjoni tar-reġistri kummerċjali fl-Ewropa.
L-EBRA għandha 43 membru li jirrappreżentaw reġistri tan-negozju minn madwar l-Ewropa.
F’Milan, il-Kap Eżekuttiv u r-Reġistratur tal-MBR Dr Geraldine Spiteri Lucas elenkat dwar il-kisbiet tal-MBR kemm minn aspett ta’ regolamentazzjoni kif ukoll minn aspett ta’ diġitalizzazzjoni. “L-ospitar tal-Konferenza Annwali tal-EBRA f’Malta s-sena d-dieħla se jfittex li jkun hemm azzjonijiet konkreti li se jħeġġu kollaborazzjoni aktar mill-qrib fost reġistri Ewropej oħra. Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li wieħed jinnota r-rispett li Malta kisbet fuq livell internazzjonali peress li din se tkun it-tieni konferenza ta’ dan it-tip li se tiġi ospitata minn Malta fi żmien qasir wara s-suċċess tal-Konferenza tas-CRF 3 snin ilu’’ qalet Dr Spiteri Lucas.
Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri qal li l-ospitar tal-Konferenza Annwali tal-EBRA jirrifletti x-xogħol tajjeb ferm li qed isir mill-MBR. “Li nospitaw rappreżentanti minn reġistri Ewropej u ġurisdizzjonijiet oħra f’Malta hija opportunità kbira biex ninkoraġġixxu l-kollaborazzjoni u l-kooperazzjoni fost ir-reġistri, li nidentifikaw l-isfidi u nsibu triq ’il quddiem. L-MBR, li huwa l-entità li tirrappreżenta l-iżgħar stat membru tal-UE, ċertament ħadem bi sħiħ biex isemma’ leħnu fuq livell internazzjonali u Ewropew u b’hekk ġab bidla fil-mentalità u l-mod biex isiru l-affarijiet. Inħares ‘il quddiem għal diskussjoni produttiva fost il-kollegi Ewropej tagħna” qal il-Ministru Schembri.



Comments