Nota Informattiva – Bidu fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni
- Malta Business Registry
- Aug 11, 2025
- 1 min read
Ir-Reġistru tan-Negozju ta’ Malta (MBR) b’dan jinforma lill-pubbliku li ċerti dispożizzjonijiet emendatorji tal-Att tal-2025 li jemenda l-Att dwar il-Kumpaniji daħlu fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 2025 bis-saħħa tal-Avviż Legali 174 tal-2025 (l-“Avviż Legali”).
Id-dispożizzjonijiet emendatorji stipulati fl-Avviż Legali huma dawn li ġejjin:
7, 9 sa 13, 14(b), 15 sa 20, 22, 26 sa 29, 33 sa 46, 48 sa 57, 59 u 60.
Sabiex kull dispożizzjoni emendatorja tinftiehem aħjar, wieħed huwa mħeġġeġ jirreferi għal-Linji Gwida għall-Utenti li jfittxu li jiggwidaw lill-kumpaniji, lill-uffiċjali tagħhom u lill-partijiet ikkonċernati kollha involuti matul il-proċess kollu. Il-Linji Gwida għall-Utenti għandhom jinqraw flimkien mal-Att tal-2025 li jemenda l-Att dwar il-Kumpaniji u l-Avviż Legali.
Bħala riżultat tal-artikolu 7 emendatorju, tħejja mudell tad-dikjarozzjoni tad-diretturi sabiex id-diretturi rispettivi jagħmlu użu minnu, skont iċ-ċirkostanzi applikabbli taħt l-artikolu 73(4) tal-Att dwar il-Kumpaniji, kif emendat.
Dr Geraldine Spiteri Lucas
Reġistratur u CEO



Comments