Nota Informattiva – Dħul fis-seħħ tal-leġizlazzjoni
- Malta Business Registry
- Mar 26
- 1 min read
Ir-Reġistru tan-Negozju ta’ Malta (“MBR”) b’dan jinforma lill-pubbliku li l-Att tal-2026 li jemenda Ligijiet Varji relatati mal Corporate Sustainability Reporting, (Att Nru I tal-2026), imsejjaħ minn hawn ‘il quddiem “L-Att”, ġie ippubblikat.
Barra minn hekk, u bis-saħħa tal-A.L.61 tal-2026 , daħlu fis-seħħ l-artikoli li ġejjin tal-Att: 17, 26, 27, 28, 29, 31, 41 u 42.
Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2023/2775 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġustamenti tal-kriterji tad-daqs għal impriżi jew gruppi mikro, żgħar, ta’ daqs medju u kbar ġiet trasposta wkoll fil-liġi Maltija u fir-rigward tat-Tieni Taqsima tal-Att. Jekk jogħġbok innota, il-limiti l-ġodda kif stabbiliti f’Artikoli 185(1), 185(5), u L-Ewwel Taqsima tat-Tielet Skeda tal- Att dwar il-Kumpaniji .
Ir-reviżjonijiet mehmuża huma obbligatorji għal perjodi ta’ rappurtar finanzjarju li jibdew minn jew wara it-20 ta’ Marzu 2026. L-adozzjoni bikrija jew l-applikazzjoni retroattiva hija strettament ipprojbita.
Għandha ssir ukoll referenza għall-Parti V tal-Att li tittratta l-penali amministrattivi, li dwarhom il-Linji Gwida għall-Utenti għandhom jinqraw flimkien ma’ dawn l-emendi.
Dr Geraldine Spiteri Lucas
Reġistratur u CEO



Comments