top of page

Tnedija tal-Malta Business Wallet – inizjattiva li se tnaqqas il-burokrazija u żżid l-effiċjenza għan-negozji

Nota Informattiva – Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni

Ir-Reġistru tan-Negozji ta’ Malta (“MBR”) b’dan jinforma lill-pubbliku ġenerali li, bis-saħħa tal-Avviż Legali Nru. 110 al-2026 , l-artikoli li ġejjin: 21, 23, 24 u 25(a) tal-Att XVIII tal-2025  (l-“Att”) daħlu fis-seħħ.


Preċedentement, fejn kumpanija kienet meħtieġa tirrapporta u tissottometti r-rapport finanzjarju annwali tagħha skont l-istandards ta’ rappurtar tal-European Single Electronic Format (ESEF), f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/815 tas-17 ta’ Diċembru 2018 li jissupplimenta d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni ta’ format elettroniku  uniku ghar-rapportar,  tali rapport kien jiġi sottomess direttament lir-Reġistru tan-Negozji ta’ Malta permezz tal-portal BAROS.


Minn issa l-quddiem, u skont l-artikoli msemmija hawn fuq tal-Att, fejn kumpanija tkun meħtieġa tirrapporta u tissottometti skont l-ESEF, taħt id-dispozizzjonijiet immsemmija tal-Att, il-karta tal-bilanċ rispettiva, ir-rapport tad-diretturi, ir-rapport tal-awdituri u l-kontijiet annwali issa għandhom jiġu ppreparati u sottomessi lill-awtorità kompetenti rispettiva, jiġifieri l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA). L-istess rapport finanzjarju għandu jintbagħat lir-Reġistratur direttament permezz ta’ mezzi siguri, minghajr il-bzonn li l-kumpanija tisottometi kopja addizzjonali lir-Reġistratur permezz tal-BAROS.


Ir-reviżjonijiet deskritti għandhom isiru obbligatorji għal perjodi ta’ rappurtar finanzjarju li jibdew fis-17/04/2026 jew wara.


Dr. Geraldine Spiteri Lucas

Reġistratur u CEO

Comments


bottom of page