top of page

Rekwiżiti ta' Rappurtar Pubbliku Pajjiż b'Pajjiż (CbCR Pubbliku) Issa fis-Seħħ

Rekwiżiti ta' Rappurtar Pubbliku Pajjiż b'Pajjiż (CbCR Pubbliku) Issa fis-Seħħ

Id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2021/2101 dwar il-publikazzjonijiet ta' informazzjoni dwar it-taxxa fuq id-dħul minn ċerti impriżi u fergħat daħlu fis-seħħ f'Malta b’mod effettiv permezz tal-Att XVIII tal-2024, li introduċa l-Artikoli 213B, 213C, 213D u emendi għar-Raba' Skeda tal-Att dwar il-Kumpaniji (Kap. 386 tal-Liġijiet ta' Malta).


Ir-rekwiżiti japplikaw għall-perjodi ta’ kontijiet li jibdew mit-22 ta' Ġunju 2024 'il quddiem. L-entitajiet li jaqgħu taħt l-Att huma meħtieġa jħejju u jippubblikaw Rapport Pubbliku Pajjiż b'Pajjiż ("Rapport Pubbliku CbCR") fi żmien 12-il xahar mid-data tal-karta tal-bilanċ tas-sena finanzjarja rilevanti.


Għaldaqstant, l-entitajiet li jaqgħu fl-ambitu għas-snin finanzjarji li jintemmu matul l-2025 se jkunu meħtieġa jissottomettu l-ewwel Rapport Pubbliku CbCR tagħhom fl-2026.


Ir-Rapport Pubbliku CbCR għandu jiġi ppreżentat elettronikament lir-Reġistru tan-Negozju ta’ Malta permezz tal-email fuq cbcr.mbr@mbr.mt u sottomess f’format XHTML b’Inline XBRL (iXBRL), skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-UE.


L-entitajiet li jirrappurtaw jibqgħu responsabbli biex jiżguraw informazzjoni eżatta u kompleta ta’ dak li jkun qed jiġi rrapurtat u li jkunu f’konformità mal-obbligi legali inkluż il-format korrett tal-XHTML/iXBRL, kif ukoll is-sottomissjoni f’waqthom tar-rapporti.


Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok irreferi għal dan id-Dokument ta’ Gwida.

Comments


bottom of page