top of page

Tnedija tal-Malta Business Wallet – inizjattiva li se tnaqqas il-burokrazija u żżid l-effiċjenza għan-negozji

Nota Informattiva — Pubblikazzjoni tal-Leġiżlazzjoni

Updated: Jul 21, 2025



Il-qafas tal-liġi tal-kumpaniji ġie aġġornat aktar biex jirrifletti proċessi mtejba ta’ diġitizzazzjoni u ċertezza legali. L-Avviż Legali 68 tal-2024 ġie ppubblikat fil-Gazzetta fil-15 ta’ Marzu 2024 (minn hawn’il quddiem imsejjaħ “A.L.”).


Dan l-A.L. jemenda ħames (5) leġiżlazzjonijiet sussidjarji taħt l-Att dwar il-Kumpaniji, bl-għan li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali f’dak li għandu x’jaqsam mal-operazzjonijiet transkonfinali ta’ kumpaniji b’responsabbiltà limitata, inkluża t-trażmissjoni elettronika ta’ ċertifikati ta’ qabel l-operazzjoni u l-komunikazzjoni assoċjata dwar is-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali.


Id-Direttiva dwar l-għodod u l-proċessi diġitali (id-Direttiva (UE) 2019/1151) qed tiġi trasposta bis-sħiħ ukoll permezz tal-A.L. billi jiġi żgurat li kull dokument reġistrabbli ppreżentat lir-Reġistratur jinħażen fir-reġistru tas-soċjetajiet kummerċjali f’format li jinqara mill-magni u li jista’ jitfittex, jew inkella bħala data strutturata.

 

Sommarju tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-A.L. u punti informattivi oħra jista’ jinstab fil-Linji Gwida (“User Guidelines”) li qed jiġu ppubblikati.



Dr Geraldine Spiteri LucasReġistratur u Kap Eżekuttiv

Comments


bottom of page